Hekk kif matul il-jum tas-Sibt tkompliet il-kompetizzjoni tas-Six Nations tan-Nisa, kienu l-Ingilterra li f’partita oħra għelbu faċilment lil Wales 46-10, biex b’hekk saħħew posthom fil-quċċata tal-klassifika.
Din il-partita ntlagħbet quddiem rekord ta’ partitarji hekk kif fi Twickenham attendew qrib l-20,000 persuna, biex b’hekk inkiser ir-rekord tal-2022 fejn għall-partita tas-Six Nations ukoll kienu attendew ftit aktar minn 15,000 persuna għar-rebħa tal-Ingilterra fuq l-Irlanda.
L-Ingliżi wrew id-dominju tagħhom mill-bidu u kienu erba’ tries ta’ Maud Muir, Zoe Aldcroft, Hannah Botterman u Lark Atkin-Davies li fetħu vantaġġ komdu fi tmiem l-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima, kienu erba’ tries oħra permezz ta’ Abby Dow, Lock Rosie Galligan u żewġ tries minn Ellie Kildunne.
B’din ir-rebħa l-Ingilterra jinsabu fi triqthom sabiex jaċċertaw mit-tielet rebħa konsekuttiva ta’ din il-kompetizzjoni wara li Franza wkoll għelbu lill-Iskozja fl-istess ġurnata. L-Ingilterra fil-partita li jmiss tilgħab kontra l-Iskozja filwaqt li Wales jilagħbu kontra l-Irlanda.
//= $special ?>