Analiżi li saret mill-ġurnalist u fundatur tas-sit Lovin Malta, Chris Peregin, tfaħħar numru ta’ deċiżjonijiet li Bernard Grech ħa mindu ġie elett biex imexxi l-Partit Nazzjonalista.
F’din l-analiżi ġie nnutat kif Bernard Grech kompla jgħaqqad il-PN. Dan wara taqlib politiku li kien hawn fil-pajjiż, fejn quddiem sitwazzjoni ta’ firda fil-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista ssaħħaħ aktar minn qatt qabel.
Dan seħħ b’mod speċjali meta Bernard Grech ingħaqqad ma’ Adrian Delia fil-ġlieda kontra d-deal frawdolenti li l-Gvern Laburista għamel ma’ Vitals u Steward, b’Robert Abela baqa’ jmexxi lil pajjiżna f’din id-direzzjoni b’riżultat li berbaq il-miljuni fuq investituri barranin. Grazzi għal din il-ħidma bejn l-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista u l-Kap preżenti tal-Partit, pajjiżna għaraf aktar minn qatt qabel li dan kien deal li sar b’kollużjoni. Il-ħidma għadha għaddejja sa issa mill-Partit Nazzjonalista sabiex jinġiebu lura l-miljuni misruqa mingħand il-poplu Malti.
Is-sit LovinMalta jsemmi wkoll il-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja li tant qed taffetwa lill-poplu Malti u Għawdxi. Chris Perigin ifakkar kif ferm qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, Bernard Grech kien ilu jisħaq biex il-Gvern jieħu azzjoni minnufih, fejn fost l-oħrajn ippropona €40 miljun f’fond biex jgħin lill-impurtaturi. Iżda il-Gvern, minflok ħa dan il-parir u implimentah, għażel li jimbarka fuq ġlieda kontra l-importaturi.
Ħidma oħra li baqa’ jisħaq fuqha Bernard Grech sakemm Robert Abela kellu jwettaq u-turn dwarha, kienet dik biex issir Inkjesta Pubblika b’rabta mal-mewt ta’ Jean Paul Sofia. Liema ħidma wasslet biex finalment ġiet rikonoxxuta l-ħtieġa vera li l-pajjiż jibda jaħdem favur settur tal-kostruzzjoni aktar sigur, u l-ħtieġa ta’ tibdil fil-liġijiet ta’ pajjiżna.
Azzjoni oħra li ttieħdet taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech kienet dik dwar il-liġi tal-abort, b’Abela kellu jwettaq u-turn anke f’dan ir-rigward. Mijiet ta’ persuni niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra d-deċiżjoni tal-Gvern Laburista.
Chris Perigin innota r-rebħiet li akkwista l-Partit Nazzjonalista f’dawn l-aħħar xhur fejn jidħol ir-rappurtaġġ tal-PBS, bl-Awtorità tax-Xandir mhux darba jew tnejn li sabet lill-PBS ħati li ffavorixxa lid-deputati Laburisti fuq dawk tal-PN tant li t-TVM spiċċa sar magħruf bħala Super One 2.
Il-LovinMalta ssemmi wkoll l-ipokrezija ta’ Robert Abela – kif hu jgħid mod f’pajjiżna mbagħad imur jagħmel l-oppost fi Brussell. Dan deher ċar meta Abela beda jbeżża’ lin-nies li wliedna se jkunu qed imorru jiġġieldu fil-gwerer, biex imbagħad kien hu stess li mar jivvota favur iż-żieda fl-ispiża għad-difiża Ewropea.
Il-ġurnalist Chris Peregin innota kif il-Partit Nazzjonalista kompla jiġġedded aktar minn qatt qabel, b’mod speċjali fuq l-għażla tar-responsabbiltajiet tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista – deputati li jaħdmu flimkien favur pajjiż aħjar.
Hekk kif ninsabu ftit jiem biss ‘il bogħod minn ħatra ta’ President ġdid, Chris Peregin faħħar ukoll l-approvazzjoni li ta Bernard Grech flimkien mat-tim tiegħu biex jeleġġu lil Myriam Spiteri Debono bħala Kap tal-Istat.
Ftit tas-snin ilu, Spiteri Debono kienet l-istess persuna li ġiet nominata bħala Kummissarju tal-Istandard fil-Ħajja Pubblika mill-Partit Nazzjonalista stess, iżda kienet ġiet rifjutata minn Robet Abela u sħabu.
//= $special ?>