Internazzjonali

GAZA: L-isptar ta’ al-Shifa meqrud kompletament wara r-raids tal-Iżraeljani

L-isptar ta’ al-Shifa f’Gaza spiċċa kważi rmied wara raid li dam ġimagħtejn mill-armata Iżraeljana.

Intqal li l-forzi tad-difiża ta’ Iżrael qatlu mijiet ta’ “terroristi” u sabu armi madwar l-isptar. Qalu wkoll li l-isptar ta’ al-Shifa ġie attakat minħabba li l-Hamas kienu nġabru f’dan l-isptar.

Ritratti li ttieħdu tal-isptar juru li nqerdu diversi swali. Il-forzi tad-difiża ta’ Iżrael qalu li s-swali ġew attakkati għax il-Hamas u l-Jihad Iżlamiku kienu qed jużawhom bħala bażi ta’ gwerra. Jingħad ukoll li l-forzi tad-difiża ta’ Iżrael bdew jevitaw milli jikkawżaw ħsara lil pazjenti u lit-timijiet mediċi.

Mahmoud Basal, wieħed mill-kelliema għas-servizz tad-difiża ċivili ta’ Gaża mmexxi mill-Hamas, qal li l-forzi tad-difiża ta’ Iżrael kissru dipartimenti, binjiet u infrastruttura tal-kumpless.

Il-Prim Ministru ta’ Iżrael, Benamin Netanyahu, qal li l-isptar ta’ al-Shifa kien sar bażi ta’ gruppi armati Palestinjani. Hawn jidher li nqatlu aktar minn 200 Palestinjan.

L-isptarijiet ta’ Gaza kienu l-mira prinċipali f’din il-gwerra. Il-Hamas ġie akkużat minn Iżrael li qed juża sptarijiet u binjiet oħra li joffru servizzi tas-saħħa bħala kopertura biex jibda operazzjonijiet terroristiċi; iżda l-grupp Palestinjan baqa’ jiċħad.