Il-belt ta’ Istanbul intgħażlet biex torganizza r-raba’ Edizzjoni tal-European Games fl-2027. Dan tħabbar uffiċjalment mis-Sindku ta’ Istanbul, Ekrem Imamoglu. Dan se jkun l-akbar avveniment multisport organizzat minn Istanbul li fl-aħħar snin għal ħames darbiet kienet ukoll bħala kandidat għall-Olimpijadi tas-sajf.
Il-President tal-Kumitati Olimpici Ewropej (EOC), Spiros Capralos, ikkonferma li l-għażla se tkun ratifikata fl-Assemblea Ġenerali li għandha ssir f’Bucharest, f’Ġunju ta’ din is-sena.
L-ewwel tliet edizzjonijiet tal-European Games kienu organizzati fl-2015 f’Baku fl-Azerbaijan, fl-2019 f’Minsk fil-Belarus, u fl-2023 fi Krakow f’Malopolska fil-Polonja.
//= $special ?>

