Il-kumpanija Xiaomi, magħrufa bħala kumpanija Ċiniża li tipproduċi mobiles madwar id-dinja, issa ser tkun qed tniedi karozzi elettriċi taħt l-isem SU7 u SU7 Max. Il-prezziiet ta’ dawn il-mudelli ta’ karozzi mistennija jkunu madwar $29,872 għall-SU7 u $41,484 għall-SU7 Max.
Dawn il-karozzi elettriċi diġà qed juru li ser jagħmlu suċċess fis-suq. F’24 siegħa kien hemm diġà 88,898 persuna li ordnaw waħda minn dawn il-vetturi.
Il-kumpanija Xiaomi ħabbret li ser ikun hemm stennija ta’ madwar sitt xhur biex ix-xerrejja jirċievu dawn il-karozzi.
Xiaomi ser ikunu qed jikkompetu ras imb ras ma’ ġganti fis-suq tal-karozzi elettriċi, Tesla u BYD.
Prezz fiċ-Ċina għal mudell ta’ Tesla, magħruf bħala ‘Tesla Model 3′, jibda’ minn 245,900 yuan. Dan wassal biex il-kumpanija Tesla mwaqqfa minn Elon Musk, tnaqqas il-prezz tal-mudelli tagħha fiċ-Ċina b’eluf ta’ dollari wara li l-kumpanija BYD għamlet l-istess.
Sabiex jippromovu iktar l-SU7, Xiaomi nedew verżjonijiet speċjali msejħa ‘The Founder’s Edition’. Ma’ dawn il-verżjonijiet speċjali ser ikunu qed jiġu mogħtija rigali speċjali bħal fridges.
Huwa mistenni li dawn il-mudelli jaqsmu l-istess sistema operattiva mal-mowbajls, laptops u apparat ieħor tal-istess kumpanija. Madwar 200,000 vetturi ser ikunu qed jiġu prodotti kull sena. Huwa magħruf li Xiaomi ser tkun qed tinvesti $10 biljun fil-vetturi tagħha matul l-għaxar snin li ġejjin.
//= $special ?>