Il-Partiti tal-Oppożizzjoni fl-Indja ngħaqdu fi protesta dwar l-arrest ta’ kap politiku prominenti, ġimgħat biss qabel jibdew l-elezzjonijet nazzjonali f’nofs dan ix-xahar u li għandhom idumu għaddejjin sa Ġunju.
Intant, il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi u l-Partit tiegħu Bharatiya Janata (BJP,) qed ikunu akkużati dwar manuvri biex jimmanipulaw il-vot u b’li qed jippruvaw ‘ikissru’ lill-partiti fl-Oppożizzjoni b’allegata pressjoni għall-ħlas ta’ taxxa dovuta.
Rahul Gandhi, bħala l-Kap tal-Partit tal-Kungress fl-Oppożizzjoni, akkuża direttament lil Narendra Modi bi tbagħbis fil-proċess elettorali. Dan meta Modri u d-deputati tal-BJP fil-Gvern qed jiċħdu dwar allegat indħil politiku huma u jinsistu li l-aġenziji għall-infurzar tal-liġi qegħdin sempliċiment ‘jaqdu dmirhom.
Il-Kap politiku arrestat, Arvind Kejriwal, hu kritiku kbir ta’ Modi minbarra li jmexxi lill-entità tal-Oppożizzjoni (magħmulha mnn xi 24 partit) bl-isem ‘INDIA’. Intant, l-elezzjonijiet li jmiss mistennija jsaħħu l-mandat ta’ Modi bit-tielet terminu ta’ poter, li hi ħaġa rari għal Prim Ministru Indjan fil-kariga.
//= $special ?>