Internazzjonali

Protesti kbar f’Iżrael: Jitolbu biex Netanyahu jirriżenja immedjatament

Il-firda politika f’Iżrael għal darb’oħra terġa’ tirranka hekk kif eluf joħorġu jipprotestaw kontra l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu. Il-protesti u d-dimostrazzjonijiet kienu mifruxa f’diversi bliet.

Minkejja li protesti politiċi kienu pjuttost komuni f’Iżrael, wara l-attakki tal-Hamas dawn kienu waqfu, però wara sitt xhur it-toroq ta’ dan il-pajjiż reġgħu mtlew bin-nies jipprotestaw.

Dan hekk kif il-gwerra issa tathom raġuni oħra għalfejn jipprotestaw kontra Netanyahu. Il-Pulizija kellha tuża sustanza likwida f’Ġerusalem biex tikkontrolla lil dawk li kienu qed jagħlqu l-aċċess lejn Begin Boulevard.

Intant, dawk preżenti kienu qed iżommu kartelluni kbar jitolbu r-riżenja ta’ Netanyahu kif ukoll għall-elezzjoni bikrija biex b’hekk jonqsu l-vittmi tal-gwerra.