Jannik Sinner tal-Italja kiseb suċċess ieħor meta għeleb lil Grigor Dimitrov tal-Bulgarija fil-finali tal-Open ta’ Miami.
Fil-Finali, Sinner iddomina fejn wara li għalaq l-ewwel set 6 – 3, ma kien hemm ebda reazzjoni minn Dimitrov fit-tieni set li Sinner rebaħ 6 – 1
Dan kien it-tieni success fl-ATP Masters u t-tlettax f’ATP Tour għal Sinner fejn tela’ fit-tieni post fir-ranking dinji u l-ewwel tennista Taljan li wasal f’dan il-livell. Din is-sena rebaħ l-Open tal-Awstralja filwaqt li wassal lill-Italja fir-rebħ tat-Tazza Davis.
Sinner, li kien finalista fl-Open ta’ Miami fl-2021 u fl-2023 fis-semifinali, ftit tħabat biex għeleb lil Daniil Medvedev 6 – 1 ; 6 – 2 filwaqt li Dimitrov kellu semifinali iebsa kontra Alexander Zverev tal-Ġermanja li rebaħ 6 – 4 ; 6 – 7 ; 6 – 4
//= $special ?>

