Kummerċ Lokali

The Convenience Shop Group iniedi inizjattiva ekoloġika għall-komunità

The Convenience Shop organizza attività ta’ tħawwil ta’ siġar f’Kennedy, Grove fil-Qawra,

The Convenience Shop, isem ewlieni fis-settur tal-konvenjenza lokali, ħabbar sensiela ta’ inizjattivi ta’ tħawwil ta’ siġar f’diversi lokalitajiet f’Malta. Dawn l-inizjattivi, b’kollaborazzjoni mal-NGO ambjentali Coast is Clear u kunsilli lokali, għandhom l-għan li jsebbħu l-ispazji pubbliċi u jippromwovu aktar ħdura fi ħdan il-komunitajiet li jaqdu.

Wara attivitajiet ta’ taħwil ta’ siġar f’Ħaż-Żebbuġ u Santa Luċija, The Convenience Shop se tkun qed tkompli bil-ħidma tagħha b’aktar tħawwil f’diversi lokalitajiet madwar il-gżejjer fil-ġimgħat li ġejjin. Dawn l-isforzi jallinjaw mal-impenn tal-kumpanija li tgħin biex Malta ssir aktar ekoloġika għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Minbarra dawn l-avvenimenti ffukati fuq il-komunità, The Convenience Shop organizzat attività speċjali ta’ tħawwil ta’ siġar f’Kennedy Grove fil-Qawra. Dan l-avveniment serva kemm bħala avveniment għall-impjegati tal-kumpanija, kif ukoll bħala inizjattiva ta’ impenn fil-komunità.