Wara d-diversi Mistoqsijiet Parlamentari dwar il-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, jidher ċar li l-Gvern u l-PBS għandhom x’jaħbu.
F’sensiela ta’ mistoqsijiet marbutin, fost oħrajn, man-nefqa fuq is-serata finali, in-nuqqas fil-pagamenti b’uħud mill-artisti għadhom ma tħallsux, is-sistema tal-workshops biex saret l-għażla tal-finalisti, in-nefqa fuq il-videos, in-nuqqas ta’ trasparenza fir-risposti li poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-Ministru Owen Bonnici, qed ikomplu jikkonfermaw li l-Gvern mhux komdu jgħid x’qed jiġri fil-PBS.
Fi stqarrija, Claudette Buttigieg, ix-Shadow Minister għall-Amministrazzjoni Pubblika, ix-Xandir Pubbliku u l-Ġlieda Kontra d-Dijabete; u Julie Zahra, ix-Shadow Minister għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura; qalu li din in-nuqqas ta’ trasparenza fuq it-tmexxija u l-governanza tal-istazzjon tal-poplu qed jiffaċċjawha wkoll il-ġurnalisti indipendenti.
Hu ċar li l-Gvern ma jirrispettax l-istituzzjoni tal-Parlament u lill-membri tagħha, daqskemm ma jirrispettax lill-ġurnaliżmu ħieles u investigattiv.
//= $special ?>