Lokali

AĠĠORNATA: Tibda tingħata l-kura lill-fekruna tal-ilma baħar wara li nstabet f’Marsalforn

Wildlife Rescue Team Malta kkonfermaw li l-fekruna tal-ilma baħar li kienet qed tiġi mfitxa lejn il-Bajja tax-Xwejni minħabba ħtieġa ta’ għajnuna medika nstabet u qed tingħata l-kura meħtieġa.

Il-fekruna, li ngħatat l-isem ta’ Lucky, kienet f’diffikultà li tgħum kawża ta’ ammont sostanzjali ta’ alka mwaħħla mal-idejn.

It-tim mar fil-post u prova jsibha wara li ġew informati minn għaddasa ta’ Bubbles Dive Centre dwar is-sitwazzjoni li l-fekruna tinsab fiha. Sfortunatament, sakemm waslu fil-post, il-fekruna laħqet għumot lil hinn miz-zona.

Issa, Lucky se tkun qed tingħata l-kura meħtieġa qabel tinħeles lura fid-dinja tagħha.