Ħabib qrib tal-familja ta’ Christian Horner, qal li t-Team Prinicpal ta’ Red Bull jinsab imbeżża’ u qed iħossu waħdu wara li kompliet is-saga b’rabta ma’ rapport li waħda mill-ħaddiema ta’ Red Bull għamlet kontra Horner, fejn fost l-oħrajn qed ikun allegat li kien abbużiv u għadda kummenti sesswali fil-konfront tagħha.
Horner ċaħad dawn l-allegazzjonijiet, b’Red Bull jikkonkludu investigazzjoni interna fi Frar li għadda fejn ma sabet l-ebda nuqqas minn Horner. Red Bull, iżda, ma setgħux jikkonkludu dwar l-allegazzjoni tal-messaġġi li l-mara qed tgħid li rċiviet mingħand Horner.
L-għada tar-rapport tal-mara, numru ta’ messaġġi kienu mxerrda ma’ aktar minn 150 persuna involuta fil-Formula 1 u membri tal-midja.
//= $special ?>