Lokali Turiżmu

Għaddew iktar minn 24 siegħa u l-Gvern għadu jippersisti li jwarrab il-Malti mil-linja nazzjonali tal-ajru – PN

Sfortunatament dik li ħafna ħasbu li kienet ċajta tal-1 t’April, li l-Gvern kien iddeċieda li jwarrab il-Malti mil-linja nazzjonali tal-ajru ma kienet ċajta xejn. Agħar minn hekk, għalkemm għaddew iktar minn 24 siegħa minn meta ħarġet din l-aħbar u kienet ikkundannata tista’ tgħid minn kulħadd, il-Gvern baqa’ għaddej b’din id-deċiżjoni. 

Kien dan li qal ix-Shadow Minister għat-Turiżmu, Mario de Marco fi sttqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista fejn reġa’ tenna li l-linja nazzjonali tal-ajru għandha tħaddan il-lingwa nazzjonali u mhux twarrab ilsienna.