Rekwiżiti burokratiċi ġodda stabbiliti mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni ma ntlaqgħu xejn tajjeb mill-periti, bil-Kamra tal-Periti tagħti struzzjonijiet lill-membri tagħha biex jibbojkottjaw il-miżuri.
Direttiva ppubblikata mill-Kamra tal-Periti din il-ġimgħa tgħid lill-membri li l-BCA introduċiet żewġ formoli ġodda mingħajr ma kkonsultat il-Kamra, bi ksur tal-wegħda preċedenti tal-Gvern.
Il-formoli jobbligaw lill-periti u lill-kuntratturi biex jinnotifikaw lill-BCA liema propjetajiet ta’ terzi se jiġu affettwati minn xogħol ta’ żvilupp jew ta’ tħaffir u li jiddikjaraw il-kopertura tal-assigurazzjoni għax-xogħlijiet li jkunu qed isiru.
Iżda, fid-direttiva li saret bil-miktub, il-President tal-Kamra tal-Periti, Andre Pizzuto jgħid lill-membri li “dawn iż-żewġ forom ma ġewx diskussi u maqbula mill-Kamra tal-Periti”, u ddeskriva n-nuqqas ta’ konsultazzjoni bħala “punt ta’ tfixkil ewlieni” fin-negozjati preċedenti bejn il-Kamra u l-awtoritajiet.
Id-direttiva tgħid li l-impożizzjoni ta’ forom ġodda tmur lil hinn mill-mandat legali tal-BCA.
//= $special ?>