Ilbieraħ żvelajna kif il-PBS għadu ma ħallasx lil uħud mill-artisti tal-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.
Il-PBS ħareġ stqarrija biex jiċħad li l-artisti ma tħallsux dak li kienu dovuti għalih. Dan mhux minnu.
Dan ħareġ minn stqarrija tax-Shadow Minister għall-Amministrazzjoni Pubblika, ix-Xandir Pubbliku u l-Ġlieda Kontra d-Dijabete, Claudette Buttigieg; u x-Shadow Minister għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura, Julie Zahra; f’isem il-Partit Nazzjonalista fejn komplew li t-tmexxija tal-PBS għandha twieġeb kif almenu wħud minn dawk li ġew mal-ewwel 36, eskluż it-12-il finalista, għadhom ma tħallsux.
Evidenti li l-PBS ma onorax il-kuntratt magħhom li jitħallsu €300 kull wieħed.
Sfortunatament, il-PBS instab ħati bosta drabi li pprova jqarraq u l-artisti jinsabu f’pożizzjoni li jibżgħu jitkellmu għax jiġu blacklisted.
It-tmexxija tal-PBS għandha minnufih taqdi dmirha, u minflok taħli l-ħin għall-istqarrijiet ta’ qerq, għandha tiffoka li tagħti l-aqwa servizz fix-xandir pubbliku b’bilanċ u ġust, filwaqt li tara li lill-artisti kollha tistmahom b’rispett u b’onestà.
//= $special ?>