Internazzjonali Mużika

Imut Chris Cross – l-istilla tal-grupp Ultravox

Luttu fid-dinja mużikali wara li dalgħodu tħabbret il-mewt tal-awtur tal-kanzunetta ‘Vienna’, Chris Cross – meqjus bħala l-persuna li kien iżomm lill-grupp Ultravox magħqudin flimkien.

Kienu mijjiet iċ-ċelebritajiet u nies mix-xena internazzjonali li sellmu l-memorja ta’ Chris, illi jibqa’ imfakkar għal din il-kanzunetta klassika.

Ismu proprja kien Chris Allen, u fil-band Ultravox kien il-bass guitarist.

‘Vienna’ kienet ħarġet fl-1981, u apparti li kien l-awtur ta’ din il-hit mużikali kien element importanti tal-band.