Fl-istess jum li fih qamet rabja kbira lejn Iżrael wara li inqatlu ħaddiema umanitarji….issa, il-PM Benjamin Netanyahu qed jgħid li offra deal ġdid lill-Hamas għall-waqfien mill-ġlied fil-Medda ta’ Gaza. Bil-Prim Ministru Iżraeljan jistqarr li dan il-ftehim issa ġie preżentat lin-negozjaturi fil-Kajr, u jinsab għand il-Hamas.
Ġimgħat ilu, kien il-Parlament Ewropew li talab biex ikun hemm ceasefire f’Gaza – b’kundizzjoni li jinħelsu l-ostaġġi maqbuda. Anke l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti approva riżoluzzjoni f’dan is-sens.
Dan l-iżvilupp seħħ wara li seba’ persuni inqatlu waqt li kienu qed jittrasportaw ikel lil nies ċivili f’Gaza, li jinsabu f’xifer il-mewt kaġun tal-gwerra fil-Lvant Nofsani.
//= $special ?>