Internazzjonali

Jinstabu l-fdalijiet ta’ tifel ta’ sentejn li sparixxa s-sena l-oħra fl-Alpi

Il-fdalijiet ta’ tifel ta’ sentejn u nofs li kien sparixxa s-sena l-oħra fl-Alpi, instabu kważi disa’ xhur wara l-għejbien tiegħu.

It-tifel, Emile Soleil, kien man-nanniet tiegħu matul l-istaġun tas-sajf meta l-aħħar li deher kien minn xi ġirien għall-ħabta tal-5:15 pm. Huwa kien liebes flokk isfar u qalziet abjad meta deher miexi waħdu.

Il-Pulizija kkonfermat li l-fdalijiet huma tat-tifel iżda għadha ma stabbilitx jekk it-tifel mietx kaġun ta’ inċident jew jekk xi ħadd kienx responsabbli għall-mewt tat-tifel. Huwa nstab fl-istess zona li ġie rrappurtat li deher l-aħħar.

Issa, il-Pulizija qed tinvestiga wkoll ir-raġuni wara l-fatt li l-fdalijiet instabu issa wara xhur ta’ investigazzjonijiet u tfittix.

Il-post fejn it-tifel sparixxa, Haut-Vernet fi Franza, joqogħdu biss 25 ruħ.