Lokali

Kunsilliera Laburista tgħid li l-Gvern hu “traditur”

Il-kritika fil-konfront tal-Gvern Laburista tkompli dejjem tikber u l-qasma fi ħdan il-Partit Laburista tkompli toħroġ dejjem iktar fil-beraħ.

Din id-darba kien imiss il-Kunsilliera Laburista u kandidat għall-elezzjoni li jmiss tal-kunsill Lokali fuq Raħal Ġdid, Yvonne Arqueros, li toħroġ tattaka lill-Gvern ta’ Robert Abela u ddeskriviet lill-Gvern Laburista bħala “tradituri”.

Dan wara d-deċiżjoni oxxena tal-Gvern Laburista li l-Malti ma jibqax rekwiżit biex wieħed jidħol jaħdem mal-linja nazzjonali tal-ajru l-ġdida KM Malta airlines.

Il-Partit Nazzjonalista kien minn tal-ewwel li kkritika din id-deċiżjoni tal-Gvern ta’ Abela u ħeġġeġ lill-Gvern biex iħaddan il-lingwa nazzjonali u mhux iwarrabha.