Lokalitajiet fil-Lbiċ ta’ Malta ilhom ħin twil bla dawl u mhux magħruf xħin se jkun qed jiġi lura wara li telaq ħesrem.
Il-lokalitajiet li qed jesperjenzaw dan il-qtugħ huma r-Rabat u l-Imdina, Ħad-Dingli, l-Imtarfa, Ħ’Attard, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ.
Dan il-qtugħ ta’ dawl mhux l-ewwel darba li ġie esperjenzat f’lokalitajiet varji bla ebda raġuni valida. Net News kemm-il darba rċieva rapport ta’ qtugħ ta’ dawl anke f’Ħal Qormi, fost l-oħrajn.
//= $special ?>