Palk sigriet għall-Festival ta’ Earth Garden din is-sena bil-għan li dan l-avveniment ikompli jattira numru ta’ turisti lejn pajjiżna.
Dan tħabbar it-Tlieta waranofsinhar meta f’konferenza tal-aħbarijiet ġew preżentati d-dettalji b’rabta mal-Earth Garden – festival li l-għan tiegħu huwa li jippromovi s-sostennibbilità.
Għal din is-sena, Earth Garden se jsir fuq erbat ijiem bejn is-6 ta’ Ġunju u d-9 ta’ Ġunju f’Ta’ Qali bi programm adattat għall-familja kollha. Apparti l-palk sigriet li mhu se jingħataw l-ebda dettalji dwaru għajr waqt l-avveniment, se jkun hemm ukoll 5 zoni oħra fejn se tkun qed tindaqq mużika bi stili differenti.
Il-programm uffiċjali se jkun ippubblikat nhar il-Ħamis li ġej fuq il-midja soċjali.
Apparti s-sitt zoni ta’ mużika se jkun hemm ukoll ‘Earth Kidz’ fejn permezz tagħha anke t-tfal se jkunu jistgħu jgawdu dan il-festival b’kunċetti mill-aktar kreattivi.
Fiz-zona tat-tfal se jkun hemm sessjonijiet tal-Yoga, kif ukoll se jitgħallmu aktar dwar l-importanza tal-baħar b’esperjenza virtwali taħt il-baħar. Ma jonqosx li jkun hemm il-mużika għaddejja.
Din iz-zona se tkun miftuħa minn 12pm sal-10pm.
Earth Garden huwa l-ewwel festival f’pajjiżna li inkorpora l-element tal-camping bi stil simili għal dak li jiġri barra minn Malta …u l-għanijiet ta’ dan il-festival jagħmluh wieħed uniku.
//= $special ?>