Lokali

Robert Abela jikkonferma li mhux il-ħaddiema kollha tal-linja nazzjonali tal-ajru se jkollhom għarfien tal-lingwa Maltija

Jibqgħu jwarrbu l-lingwa Maltija u mhux se tibqa' rekwiżit

Fil-konferenza tal-aħbarjiet ta’ dalgħodu, Robert Abela kkonferma li l-lingwa nazzjonali ta’ pajjiżna, il-Malti, mhux se jibqa’ rekwiżit għall-ħaddiema ta’ din il-linja nazzjonali tal-ajru. Dan għax hu qal li minn tal-anqas persuna waħda, ħaddiema tal-ekwipaġġ, se jkollha għarfien tal-lingwa u mhux l-ekwipaġġ kollu.

L-insistenza tal-Partit Nazzonalista u ta’ dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-Malti, wasslet lil Robert Abela biex jirreaġixxi għal dan kollu.

Il-PN fi stqarrija insista li Robert Abela xorta waħda għażel biex, minflok isaħħaħ l-użu tal-lingwa, iwarrab dik li kienet xi darba rekwiżita biex wieħed jaħdem mal-linja nazzjonali tal-ajru.