Diversi tibdiliet minn Mikel Arteta fir-rebħa ta’ 2-0 għal Arsenal fuq Luton Town. Hekk kif wasalna għall-aktar parti importanti tal-istaġun, Arsenal ma ħarġux bl-aqwa ħdax-il plejer, b’Declan Rice, Bukayo Saka, Gabriel Martinelli u Gabriel Jesus, kollh jkunu mserrħin minn Arteta. Arsenal ikkontrollaw l-ewwel minuti tal-partita u marru fil-vantaġġ fl-24 minuta, meta Emile Smith Rowe seraq il-ballun f’nofs il-grawnd, għadda lejn Martin Odegaard li bidel il-ballun tajjeb ma’ Kai Havertz, bil-captain Norveġiż jixħet fix-xibka għal 1-0. Arsenal irdoppjaw ma’ tmiem l-ewwel taqsima meta din id-darba kien Leo Trossard, li daħħal fl-azzjoni lil Smith Rowe, bil-cross ta’ Smith Rowe jiddawwar fix-xibka tiegħu stess minn Diki Hashioka, għal 2-0.
Hat-trick ta’ Phil Foden tat rebħa meritata lil Manchester City fuq Aston Villa bl-iskor ta’ 4-1 biex żammew il-pass ma’ Arsenal u Liverpool fit-taqtigħa għar-rebħ tal-Premier League. Huma fetħu l-iskor fil-11-il minuta meta Jeremy Doku tefa’ ballun fil-kaxxa b’Rodri jantiċipa lid-difensuri u jixħet fix-xibka għal 1-0. Fl-20 minuta kien hemm reazzjoni immedjata minn Villa meta kien Jhon Duran li kkonkluda wara Ortega għal 1-1. Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima, City mill-ġdid marru fil-vantaġġ meta minn freekick dirett Phil Foden għeleb lill-goalkeeper Olson għal 2-1. Fit-62 minuta Foden skorja t-tieni gowl personali u t-tielet wieħed għal City, biex fid-69 minuta, bi ġmiel ta’ gowl minn barra l-kaxxa l-kbira, għaqqad il-hat-trick personali u assigura minn rebħa importanti għal Manchester City.
PREMIER LEAGUE
Ilum: Arsenal v Luton 2-0, Brentford v Brighton 0-0, Man City v A. Villa 4-1
Għada: Liverpool v Sheff. UTD fit-8.30pm, Chelsea v Man UTD fod-9.15pm