Sports4Kate, b’kollaborazzjoni ma’ SportsMalta, se tkun qed ittella’ attività organizzata minn tim ta’ voluntiera, fosthom coaches fil-qasam tal-isports, biex jgħinu liċ-ċkejkna Kate matul il-vjaġġ tagħha biex tikseb iktar saħħa fil-muskoli u tkun tista’ tilħaq il-milestones tal-ħajja u tgħix ħajja indipendenti kemm tista’.
Kate hija tifla ferriħija ta’ 5 snin li tbati minn kundizzjoni rari msejħa Tatton Brown Rahman Syndrome. Kate, wara ġurnata skola, ikollha madwar erba’ sigħat ta’ terapiji kuljum jistennewha u għalkemm tbati xorta taraha dejjem bi tbissima. B’din l-attività Kate se tkun tista’ tattendi diversi trattamenti u terapiji barra minn xtutna fix-xhur li ġejjin, kif ukoll tgħin fir-riċerka tal-kundizzjoni tagħha biex tinstab kura.
Sports4Kate ħa tkun imqassma fuq ġurnata li ħa sseħħ fil-5 ta’ Mejju bejn id-9 ta’ filgħodu u l-5 ta’ waranofsinhar fil-Marsa Sports Complex. Kull min jattendi jista’ jara, jitgħallem, kif ukoll jipparteċipa f’diversi sports li ha jkunu qed jesebixxu.
Fosthom se jkun hemm Boxing, Long Jump, Bounce Fitness, Yoga, Volleyball, Pilates, Running, Tabata, Circuit Training, Level UP Challenges, Obstacle Courses u Shot Put.
Se jkun hemm ukoll tournaments u friendly matches li ħa jkunu għaddejjin fl-istess ħin fosthom tal-football, darts u volleyball. Barra minn hekk se jkun hemm għaddej league tal-Baseball u ieħor tar-Rugby matul din l-attività.
//= $special ?>