Futbol Sport

Fiorentina b’vantaġġ minimu fuq Atalanta

Ritratt: EPA

Fiorentina se jieħdu magħhom vantaġġ minimu ta’ 1-0 fit-tieni leg tas-semifinali tal-Coppa Italia wara r-rebħa f’darhom fl-ewwel leg. Il-gowl uniku u importanti tal-partita wasal fil-31 minuta meta kien Nicolas Gonzalez li għadda lejn Rolando Mandragora, b’dan tal-aħħar jikkonkludi fix-xibka għal 1-0. Fiorentina komplew jikkontrollaw il-partita u assiguraw minn dan ir-riżultat importanti fl-ewwel leg. It-tieni leg ta’ din is-semifinali jintlagħab fl-24 t’April fil-Gewiss Stadium.

COPPA ITALIA

It-Tlieta Juventus v Lazio 2-0
Illum: Fiorentina v Atalanta 1-0