“Grazzi kbira tas-sapport li dejjem tgħajtu lill-Air Malta mill-bidu tat-twaqqif tagħha 50 sena ilu.”
Kien dan li qal il-Kaptan, Frank Scerri mal-mument li l-ajruplan tal-Air Malta rritorna lura fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għall-aħħar darba. It-titjira KM615 telqet mill-Ajruport ta’ Fiumicino u waslet kmieni filgħodu ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd.
“Nilqagħkom fuq din l-aħħar titjira tal-Air Malta wara 50 sena ta’ servizz,” qalet l-In-Flight Manager, Carmen Cuschieri. “Grazzi tas-sapport li wrejtuna tul dawn l-aħħar snin.”
Bil-Kaptan Frank Scerri jkompli li “kien ta’ unur għalina bħala ekwipaġġ li konna ta’ servizz għalikhom matul dan iż-żmien iżda speċjalment matul din it-titjira.”
Il-membri tal-ekwipaġġ kollha kienu jidhru emozzjonati li kellhom l-opportunità li jkunu propju huma li joperaw l-aħħar titjira tal-Air Malta. Il-membri, apparti Scerri u Cuschieri, kienu l-First Officer, Byron Fenech u l-ekwipaġġ Josephine Gatt, Victoria Seguna, Claire Schembri, Jo Anna Vassallo u Anna Lombardi Cassar.
“Viva l-Air Malta,” temm jgħid il-kaptan Scerri. Bin-nies iċapċpu fi tmiem id-diskors b’differenza.
Ara hawnhekk l-aħħar mumenti abbord it-titjira ta’ Fiumicino lejn Malta għall-aħħar darba.
//= $special ?>