L-Erbgħa ta’ wara l-Għid il-Kbir ifisser iċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ San Girgor li ddur ma’ tradizzjoni li tmur lura mal-500 sena.
Din il-festa originarjament kienet wegħda li kien għamel il-poplu fi żmien il-pesta biex jinħeles darba għal dejjem mill-qerda li din ġabet magħha. Il-wegħda kienet li jekk San Girgor jeħles lill-Maltin mill-pesta, isir pellegrinaġġ kull nhar ta’ Erbgħa fuq l-Għid il-Kbir sal-Knisja ta’ dan il-qaddis f’tarf iż-Żejtun.
Mal-jum, in-nies irħewla lejn Marsaxlokk, fejn sa minn kmieni filgħodu ntramaw għadd ta’ gabbani tal-ikel, ħelu u xorb, b’uħud jipparteċipaw fil-logħob tat-tombla, li tkun mistennija minn bosta.
Net news tkellem ma’ diversi nies li niżlu Marsaxlokk sabiex igawdu din il-festa, b’uħud minnhom qalulna li din il-festa jkunu qegħdin jistennewha bil-ħerqa minn sena għal sena.
Din il-festa toffri tradizzjoni partikolari fejn ma jistax jonqos għadd ta’ talenti Maltin li ħolqu l-briju fit-triq li tagħti max-xatt.





