Ambjent Elezzjonijiet 2024 Kunsilli Lokali Lokali

Il-kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali fis-Siġġiewi jorganizzaw laqgħa ta’ djalogu dwar l-ambjent

Il-kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali fis-Siġġiewi organizzaw djalogu dwar l-ambjent bil-għan li jtejbu l-ħajja tar-residenti f’din il-lokalità.

Matul l-attività, li saret it-Tlieta filgħaxija fi Ġnien Citta Ferdinand, is-Siġġiewi, ġie diskuss il-fatt li l-ambjent huwa parti integrali mill-ħajja tagħna u għalhekk irridu narawh fit-totalità tiegħu kemm dak urban u rurali. Dwar dan fakkru dwar l-importanza ta’ spazji żgħar ħodor u anke l-indafa. Iżda mhux biss. Fakkru wkoll fil-ħtieġa li nieħdu ħsieb l-agrikoltura, il-kosta, toroq u passaġġi rurali.

Ġie diskuss ukoll il-ħtieġa dwar l-infurzar u l-koordinazzjoni mal-entitajiet sabiex jitnaqqas l-abbuż.

Il-kandidati preżenti wiegħdu li d-direzzjoni ta’ kunsill ġdid imexxi mil-PN fejn jidħol l-ambjent, se tkun li jkun hemm żieda sostanzjali ta’ siġar b’miri ċari ta’ afforestazzjoni, pjan turistiku sabiex l-ambjent (kemm rurali u urban) jiġi miftuħ għal kulħadd, inħarsuh, napprezzawh u msaħħaħ għal ġenerazzjonijiet li ġejjin, u servizz ta’ customer care b’bidla radikali sabiex il-kunsill ikun verament Kunsill li jaqdik u Kunsill li kapaċi jiddeċiedi, anke fejn jidħol l-ambjent tagħna.

Din l-attività ttellgħet mill-Minority Leader tal-Partit Nazzjonalista, Julian Borg, il-Kunsilliera Francine Farrugia, u l-kandidati Ryan Cachia, Stephanie Vassallo u Charles Vassallo.