Lokali

Jum iċ-Cinema għat-Tfal

Il-jum dedikat għaċ-ċinema għat-tfal se jkun nhar is-Sibt 20 ta’ April. Dan tħabbar mill-KRS Releasing. Dan il-jum qed ikun organizzat flimkien mas-swali taċ-ċinema tal-Eden Cinemas f’San Ġiljian, l-Embassy Cinemas fil-Belt, Galleria Cinemas fil-Fgura, u s-Citadel Cinemas f’Victoria, Għawdex.

Dawn is-swali taċ-ċinema se jkunu qed joffru varjetà ta’ films għat-tfal bi prezz speċjali matul il-ġurnata qabel is-7pm.

Il-lista ta’ films għat-tfal tinkludi l-films Godzilla X Kong: The New Empire; Wonka; Kung Fu Panda 4; Madame Web; Cats in the Museum; Migration u Ghostbusters: The Frozen Empire; kif koll films bħalma huma How to Save the Immortal; Trolls Band Together; u Wish.