Lokali Mużika

Kunċert live minn Skald

minn Noel D’Anastas

Il-band lokali Skald se jirritorna b’kunċert live nhar is-Sibt, 6 ta’ April 2024, fi Storeroom, fix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex.

Skald, li kien iffurmat fl-2017 b’ħoss li żewwaq diversi ġeneri espressi bl-ilsien Malti, se jdoqq kanzunetti mill-album debuttanti ‘Kura’ kif ukoll taħlita ta’ kanzunetti magħrufa. Ma jonqsux ukoll xi siltiet ġodda li se jkunu inklużi fit-tieni album li Skald se jagħtina aktar tard din is-sena.

Il-ħlas għad-dħul huwa ta’ €10 u jinkisbu minn trackagescheme.com. Jibda fid-9p.m.