Illum, għall-ħabta ta’ 12:00, il-Pulizija ser tressaq persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace.
Dawn il-persuni se jitressqu b’akkużi relatati ma’ serqa f’Ħal Għargħur”, li seħħet fi 22 ta’ Marzu għall-ħabta tal-10:15.
Il-Pulizija kienet ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn uffiċċju fi Triq Stiefnu Żerafa, Ħal Għargħur, u minn stħarriġ preliminari li sar kien irriżulta li żewġ persuni, li kienu lebsin crash helmet u
allegatament armati b’arma tan-nar, daħlu fl-uffiċċju, serqu ammont ta’ flus kontanti u ħarbu
mill-post.