Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Kienet ħarbet u kienu jraqduha mal-art” – Henry Frendo

Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Henry Frendo. Il-Professur tal-Istorja fi ħdan l-Università ta’ Malta li se jkun qed jgħidilna dwar il-ħajja studenteska, is-snin 70 u 80, kif ukoll dwar ir-rwoli li ħaddan fil-UNHCR.

Fost l-oħrajn rakkont ta’ tfajla li kienet qed issofri minn inġustizzja, iżda grazzi għall-ħidma tiegħu u ta’ oħrajn, saret ġustizzja.

L-esperjenza tal-profil f’numru ta’ pajjiżi, se tkun ukoll diskussa fl-intervista tal-lejla.

Ma jonqosx li Henry Frendo jitkellem ukoll dwar it-tfulija tiegħu fil-Floriana, tfulija mdawra mal-futbol u l-festa ta’ San Publju.

PROFILI għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul.

PROFILI llejla fit-8.30pm fuq Net Television.