Internazzjonali

Żimbabwe: Nixfa akuta …bin-nies qed jiffaċċjaw diżastru fuq livell nazzjonali

Il-President ta’ Żimbabwe, Emmerson Mnangagwa, iddikjara stat ta’ diżastru nazzjonali meta pajjiżu qed jikkonfronta kriżi ta’ nixfa li ilha għat-tul taż-żmien. 

Żimbabwe, illum teħtieġ l-ekwivalenti ta’ aktar minn 1.8 biljun ewro biex tikkonfronta l-impatt tal-ġuħ għall-poplu f’sitwazzjoni kkkaġunata mix-xita  kontinwa li qerdet l-art saqwija flimkien mal-prodott agrikolu.

Dan ukoll fost nuqqas akut ta’ qamħirrum, li wassal għal splużjoni fil-prezzijiet tal-ikel u bil-konsegwenza li madwar 2.7 miljun għandhom jiffaċċjaw kriżi tal-ġuħ kbira.

L-Istati ġirien taż-Żambja u l-Malawi ukoll,  riċentement, iddikjaraw stati ta’ diżastru dovuti għan-nixfa li rriżultat mill-fenomenu tat-temp globali magħruf bħala El Nino. Is-sitwazzjoni qed tixpruna katastrofi umanitarja fl-Istati Afrikani tan-Nofsinhar u fejn il-pajjiżi jinsabu ddisprati għall-qamħirrum li l-kwantitajiet tiegħu fis-suq internazzjonali jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jitimgħu poplu.