Lokali

Żjarat ta’ kortesija ma’ Bernard Grech mill-Ambaxxaturi tal-Ġermanja u l-Ġappun

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech it-Tlieta kellu żjarat ta’ kortesija mill-Ambaxxaturi tal-Ġermanja u l-Ġappun fejn matulhom kien diskuss fost l-oħrajn kif jistgħu jitjiebu r-relazzjonijiet bilaterali li Malta għandha maż-żewġ pajjiżi.

Il-laqgħat saru fid-Dar Ċentrali mal-Ambaxxatur tal-Ġermanja Tanja Beyer, u mal-Ambaxxatur tal-Ġappun Tadahiko Yamaguchi.

Matul il-laqgħat kienet diskussa wkoll l-importanza li l-Partit Nazzjonalista, bħala l-Gvern alternattiv, ikollu relazzjonijiet sodi maż-żewġ pajjiżi.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mis-Segretarju Internazzjonali tal-PN Beppe Galea, u mix-Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Beppe Fenech Adami.