Lokali Mużika

Kunċert minn Kym Pepe

minn Noel D'Anastas

Kym Pepe se tagħti kunċert fl-Offbeat Music Bar, fi Triq il-Merkanti, fil-Belt, nhar is-17 u t-18 ta’ Mejju.

Kym Pepe, li hi kklassifikata bħala waħda mill-aqwa artisti lokali fil-ġeneru alternative, se tkun akkumpanjata minn tliet mużiċisti – Jimmy Bartolo, Ryen Refalo u Ġużè Camilleri. Hija se twassal siltiet meqjusa ‘antiki’ fosthom ‘Kun’, ‘Armier’, ‘Zoltan’, u ‘Mill-Bidu’ u kanzunetti ġodda.

Is-serata tiftaħ bil-vuċi ta’ Marie Claire, ħabiba ta’ Kym Pepe. Il-post mhux kbir u għalhekk, l-aħjar li tibbukkjaw billi tikuntattjaw lil Offbeat.