Sport

Maltija b’qabża rekord fit-triple jump fi Stanford

Rachela Pace kellha qabża rekord fl-ewwel avveniment tagħha tal-istaġun fit-triple jump, fl-Invitational ta’ Stanford. Pace kellha qabża ta’ 13.12m, li kienet waħda aqwa mill-għaxar finalisti fil-kompetizzjoni.

Fit-tielet tentattiv tagħha, Pace irnexxielha taqbeż 13.12m biex kisret ir-rekord nazzjonali preċedenti li kien ta’ 13.04m miksub minn Claire Azzopardi s-sena li għaddiet.

Fil-proċess, Pace kisret ukoll ir-rekord outdoor ta’ Fresno State Track and Field – dak ta’ 13.06m li kien ilu sa mill-2001.

Pace hija l-unika atleta tat-triple jump tan-nisa ta’ Fresno State li għandha records ta’ aktar minn 13-il metru kemm indoor kif ukoll outdoor.

Bil-prestazzjoni tagħha u r-rekords miksuba, wassluha biex tingħażel bħala l-Atleta tal-Ġimgħa,  il-West Women’s Field Athlete of the Week.

Rachela Pace għandha r-rekord nazzjonali kemm fit-triple jump indoor bi 13.40m, kif ukoll fil-beraħ filwaqt li għandha rekord ta’ Malta fil-long jump indoor b’6.31m.