Sport Sport Ieħor

Alfred Muscat u Kevin Aquilina jikkwalifikaw għall-ewwel fażi tal-Premier League of Darts

Tkomplew il-kompetizzjonijiet tal-Malta Darts Association fejn Alfred Muscat u Kevin Aquilina huma l-aħħar żewġ plejers li kkwalifikaw għall-fażi ewlenija tal-Premier League of Darts meta rebħu l-partiti rispettivi tagħhom sabiex baqgħu għaddejjin sal-fażijiet l-aktar importanti tal-kompetizzjoni.

Alfred Muscat elimina lil Chris Bailey (3-0), Carmelo Vella (3-0), Tommy Ringrose (3-1) u Eucharist Baldacchino (3-1) filwaqt li Kevin Aquilina rebaħ kontra Paul Aquilina (3-2), Tony Tonna (3-0), Gordon Stanmore (3-0) u Ray Gera (3-2). Wara ħames tournaments ta’ kwalifikazzjoni, sar magħruf min huma l-għaxar plejers li se jgħamlu parti mill- Premier League of Darts fejn Alfred Muscat u Kevin Aquilina ingħaqdu ma’ Jonathan Bilocca, Tony Borg, Godfrey Abela, Anthony Borg, Albert Scerri, Norbert Attard, Kirsten Aquilina u Enrico Scerri.