L-avukat Julian Farrugia f’isem l-Avukat tal-Istat qal fl-awla 23 li preżentament ma kellhomx iżjed evidenza x’jippreżentaw fil-każ li qed jisma’ l-Imħallef Toni Abela dwar is-serqa tat-tliet sptarijiet.
Minħabba din ir-raġuni l-kawża ġiet differita għat-3 ta’ Mejju fid-9:30 am. B’hekk, issa l-Gvern imissu jippreżenta l-evidenza tiegħu b’rabta ma’ dan il-każ daqs xahar ieħor.
Preżenti fl-awla kien hemm fost l-oħrajn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech u x-Shadow Minister tas-Saħħa, Adrian Delia f’kawża li fetħu kontra l-Avukat ta’ l-Istat, Chris Soler biex jinġiebu lura l-400 miljun ewro li l-pajjiż ħallas mingħajr ma sar l-ebda investimet fi tliet sptarijiet f’Malta u Għawdex.
Fl-ewwel seduta tat-13 ta’ Marzu:
L-Avukat tal-Istat, Chris Soler ikkonferma li kienet il-kumpanija Stewart Healthcare li fetħet l-arbitraġġ u mhux il-Gvern ta’ Abela.
Dan apparti illi tenna li hu ma ħax passi wara l-għoti tas-sentenza dwar is-serqa tal-isptarijiet għaliex dawn il-passi għandu jeħodhom il-Gvern; aktar u aktar meta l-Gvern wera ċar li ma kienx se jappella mis-sentenza.
//= $special ?>