Futbol Sport

Draw prestiġjuż għat-tim Malti tan-nisa fl-Irlanda ta’ Fuq

Irlanda ta’ Fuq………….0

Malta………………………….0

Irlanda ta’ Fuq: Burns, McKenna, Caldwell, Rafferty, Hamilton, Andrews, McCarron, Callaghan, Vance, Magill, Wade

Malta: Xuereb, Zammit, Farrugia, Lipman, Said, Zammit, Cuschieri, Borg, Sultana, Farrugia, Bugeja

Referee: Maria Marotta

Tkompli l-mixja pożittiva tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa hekk kif fid-debutt f’League B Grupp 3 Malta temmet fi draw ta’ 0-0 kontra l-Irlanda ta’ Fuq.

Kienet partita fejn l-Irlanda ta’ Fuq kellhom il-maġġoranza tal-pusses, bit-tim Malti imexxi mill-kowċ Manuela Tesse għaraf jagħlaq l-ispazzji lill-avversarji li ftit li xejn kienu perikolużi.