U d-diskors li għamlet il-President Myriam Spiteri Debono fil-ġurament tal-ħatra iddomina l-faċċati kollha tal-gazzetti. Bil-ġurnal In-Nazzjon jiffoka fuq l-enfasi li għamlet dwar il-Presidenza tan-nies….filwaqt li l-ġurnali bl-Ingliż jirrimarkaw fuq il-ħtieġa li niġġieldu l-kilba għall-flus u l-korruzzjoni.
Fl-analiżi tagħhom, il-gazzetti qalu li l-President Spiteri Debono iffukat fuq punti li jolqtu direttament l-isfidi li bħalissa għaddej minnhom pajjiżna.
L-istess gazzetti qalu wkoll li l-President il-ġdid uriet kuraġġ f’dan l-ewwel diskors tagħha, u determinazzjoni li fil-ħames snin li ġejjin tagħmel minn kollox biex iġġib l-għaqda fost il-Maltin.
It-Times elenkat għaxar punti importanti mid-diskors tal-President l-ġdid, bl-iktar punt sinifikanti jkun dak dwar ir-rebgħa għall-flus – bil-President saħansitra ssostni li pajjiżna ħakmitu din il-marda, li hija agħar mill-vizzju tad-droga.
L-Indipendent minn naħa tagħha għamlet referenza għall-punt mid-diskors fejn Spiteri Debono semmiet l-assasinju ta’ Daphne Caruana Galizia fejn sostniet li din hija “ġerħa” għad-demokrazzija ta’ pajjiżna; ġreħa li għadha miftuħa beraħ u qed tnixxi d-demm. Kien hawn, fejn il-President appellat ukoll biex ma nħallux li l-Inkjesti Pubbliċi ikunu saru għalxejn.
//= $special ?>