Il-każ kontra l-eks Deputat Laburista Silvio Grixti u erba’ persuni dwar ir-racket fil-benefiċċju soċjali dalwaqt beda jinstema’ quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello wara li l-Maġistrat Leonard Caruana kien astjena milli jisma’ l-każ.
L-erba’ persuni li qed jitressqu mat-tabib Grixti huma Roger Agius, Emmanuel Spagnol, Dustin Caruana u Luke Saliba. Grixti kien irriżenja mill-Parlament f’Diċembru 2021 mill-Parlament qalb l-investigazzjoni dwar il-fatt li hu u persuni oħra kienu ħeġġew lil ħaddieħor japplika għall-benefiċċji soċjali mingħajr ma kienu jbatu minn diżabilità severa.
Silvio Grixti, qed jiġi akkużat li pprovda dokumenti mediċi foloz biex jgħin lin-nies, li ħafna minnhom ġejjin minn fortizzi Laburisti, biex jirċievu benefiċċji soċjali b’medja ta’ €450 fix-xahar għal diżabbiltà severa li ma jbatux minnha.
Aġġornamenti kontinwi:
12:50 George Cremona d-Direttur tas-sigurtà Soċjali spjega li fil-file ta’ Roger Agius kien hemm overpayment, wara li dan applika ghal diżabilità severa ħabba l-epilessija. Iċ-ċertifikat kien iffirmat minn Silvio Grixti. Is-Sigurta Soċjali għamlet pagamemt lil Roger Agius li ammonta għal iktar min €43,000 u l-pagamenti waqfu biss fuq struzzjonijiet tal-Pulizija. Agius qatt ma preżenta l-liċenzja tas-sewqan lil Transport Malta. Skont il-file ta’ Saliba hu kien ukoll ibagħti bl-epilesija.
12:37 Farrugia ma jwigibx kif sar jaf bit-Tabib Grixti.
12:20 Frank Farrugia spjega li hu mar għand Silvio Grixti u dan għamilu tlett ittri, li ma jistax jibqa jmur għax xogħol ħabba kundizzjoni medika. Farrugia spjega li din l-ittra kienet iffirmata minn Peter Muscat u hu preżenta din lill-bord mediku. Farrugia spjega wkoll li hu qatt ma mar għand il-Psikjatra Muscat u li dan ma kienx preżenti fil-klinika ta’ Ħal Għaxaq. It-tieni ittra kienet ukoll iffirmata minn Muscat. Frank Farrugia xehed u qal li kull darba li kien jsejjaħlu l-bord mediku hu kien imur għand it-tabib Silvio Grixti.
11:41 L-eks-Spettur Anthony Scerri xehed li f’Ottubru 2021 il-Pulizija irċiviet email mingħand Joyce Cassar mill-OPM fejn infurmathom li Frank Farrugia kien ippreżenta tliet ċertifikati li x’aktarx kienu foloz. Il-Pulizija bdiet tinvestiga u kelmet il-psikjatra Peter Muscat li kien iffirma ċ-ċertifikat. Muscat min naħa tiegħu qal li Farrugia ma kienx il-pazjent tiegħu u li ma kienx iffirma dawn iċ-ċertifikati. Muscat spjega li kien hemm inkonsistenza bejn dawn iċ-ċertifikati u ċ-ċertifikati li jifirma hu. Il-Pulizija, sussegwentamemt arrestaw lil Frank Farrugia li qal li ċ-ċertifikati għamilhom Silvio Grixti. L-Ispettur Scerri spjega wkoll li kien hemm dokumenti lesti b’firem ta’ tobba oħra fuq il-laptop tiegħu. Farrugia jgħid li ma investiga lil ħadd mill-OPM.
11:10 Waqt ix-xhieda tiegħu Zammit qal li l-laptop tħalla d-dipartiment tas-cyber crime f’kaxxa, il-mobile kien ġie rilaxxat. L-eks Spettur Zammit spjega li qabel ma rriżenja għamel dak kollu li seta’ biex jikkonkludi l-investigazzjoni. Spjega wkoll li l-investigazzjoni kienet inizjalment fuq iċ-ċertifikati ta’ Frank Farrugia però instabu ħafna ċertifikati oħra li kienu bħalhom.
10:29 James Camilleri, rappreżentant tas-cyber crime unit, esebixxa hard disk wara li din it-taqsima għamlet analiżi tal-mobile u tal-laptop ta’ Silvio Grixti.
10:25 L-ispettur Friggieri jippreżenta numru ta’ stqarrijiet li ttieħdu lill-akkużati.
10:21 Il-Qorti tilqa’ t-talba inkluż l-iffriżar tal-propjetà għal 90 jum.
10:20 Il-prosekuzjoni f’isem l-Avukat Ġenerali talbet għall-iffriżar tal-assi.
10:15 Silvio Grixti, Roger Agius, Manuel Spagnol, Luke Saliba u Dustin Caruana wieġbu mhux ħatja.
10:00 Huma ġew akkużati b’qerq, frodi, ħasil ta’ flus u organizzazjoni kriminali fost l-oħrajn.
//= $special ?>