Lokali

Il-Ħadd li ġej issir it-38 edizzjoni tal-Fiera Festa tal-Għadira f’Ta’ Kerċem

It-38 edizzjoni tal-Fiera Festa tal-Għadira se tkun qed tittellgħa f’Ta’ Kerċem nhar il-Ħadd li ġej, 7 t’April 2024.

L-attivitajiet se jibdew f’nofsinhar u jsiru f’wieħed mill-aktar postijiet pittoreski f’Għawdex, ħdejn l-Għadira ta’ San Raflu f’Ta’ Kerċem.

Din l-attivita’ se tkun ta’ divertiment għall-familja kollha u tinkludi lotteriji b’ħafna rigali sbieħ, logħob għal kulħadd, spazju mmirat għat-tfal b’logħob b’xejn, dawriet bil-pony, għażla sabiħa ta’ pjanti u ħxejjex, u varjeta’ ta’ ikel u xorb.

Fiera Festa tal-Għadira se tinkludi wkoll kompetizzjoni kbira ta’ sparar fuq il-plattini fuq żewġ kategoriji, b’dawn li jixtiequ jipparteċipaw jistgħu japplikaw fuq il-post stess. Ikun hemm parking organizzat b’xejn għal kulħadd.