Iżrael qed jgħid li approva l-ftuħ ta’ żewġ rotot umanitarji f’Gaza, biex jippermetti aktar għajnuna fit-territorju.
Qed jintqal fost l-oħrajn li l-fruntiera ta’ Erez fit-Tramuntana ta’ Gaza se terġa’ tinfetaħ temporanjament għall-ewwel darba mill-bidu tal-gwerra, u l-Port ta’ Ashdod se jinfetaħ ukoll għal kunsinni umanitarji. Apparti dan, aktar għajnuna mill-Ġordan se titħalla tidħol minn fuq il-fruntiera ta’ Kerem Shalom.
Dan seħħ sigħat biss wara li l-President Amerikan Joe Biden tkellem mal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu għall-ewwel darba minn meta nqatlu seba’ ħaddiema tal-għajnuna umanitarja. Il-President Biden wissa lil Iżrael li għandu jieħu passi biex jipprevjeni l-ħsara fuq iċ-ċivili u t-tbatija umanitarja jekk ried iżomm l-appoġġ minn naħa tal-Istati Uniti
//= $special ?>