Internazzjonali

L-Istati Uniti: Theżżiża tal-art fi New York u l-madwar

Il-belt ta’ New York għadha kemm triegħdet mill-impatt ta’ terremot li kien jimmarka 4.8 fuq l-Iskala Richter — bl-effetti tiegħu jinħassu wkoll qalb iz-zoni fil-madwar.

L-epiċentru tiegħu kien fl-inħawi ta’ Lebanon, fi New Jersey u xi 60 kilometru lejn il-Punent ta’ New York. Intant, il-Gvernatur tal-Istat ta’ New York, Kathy Hochul, qalet li l-awtoritajiet qegħdin jieħdu t-terremot b’serjetà kbira minħabba l-potenzjal tat-theżżiż tal-art sekondarju.

Intant, l-avviż lill-pubbliku, għalissa, hu biex huma jkomplu għaddejjin bil-ħajja tas-soltu — anki jekk fil-preżent mhumiex qed joperaw it-titjiriet mill-Ajruport ta’ JFK (fi New York) u mill-ajruport ta’ Newark fi New Jersey.

Dan ukoll meta l-awtoritajiet qegħdin jirrevedu l-infrastruttura fl-Istat ta’ New York biex jaraw jekk it-terremot setax ħalla effett akbar milli ħasbu għall-bidu.