Malta Football Players Association kisbu rebħa kbira ta’ 13-4 kontra Hibernians fil-Veterans Malta Football Association Cisk Championship Pool sabiex jinsabu pass biss bogħod milli jżommu t-titlu li rebħu sena ilu. Il-Malta Football Players Association ddominaw il-logħba fejn spikka Mark Barbara li skorja erba’ gowls, Luke Cauchi skorja tlett gowls, b’Carlo Mamo u Aleksandar Ribic li skorjaw darbtejn kull wieħed. Gareth Sciberras u Charles Polidano skorjaw il-bqija tal-gowls.
Għal Hibernians żewg gowls minn Alan Tabone u gowl kull wieħed minn Mauro Brincat u Leandros Calleja. Gżira United Veterans rebħu l-isfida tat-tieni post meta għelbu lil Birkirkara St Helen’s 6-4 filwaqt li żammew it-tamiet tagħhom li jisfidaw għat-titlu. Fic- Cisk Challenge Pool, Rabat Veterans telgħu fl-ewwel post tal-klassifika wara li għelbu lil Żurrieq Wolves 4-2.
KLASSIFIKA – Veterans Malta Football Association Cisk Championship Pool:
Malta Football Players Association 38 punt , Gżira United 34 punt , Birkirkara St Helen’s 29 punt u Hibernians 19 il- punt.
Fic-Cisk Challenge Pool : Rabat 20 punt , Luxol 17 il-punt u Żurrieq Wolves 6 punti.
//= $special ?>