Mument ħelu waqt intervista li saret minn Keith Demicoli mal-President Myriam Spiteri Debono meta semmiet kif il-mument li wieħed min-neputijiet tagħha sar jaf li se ssir President ta’ Malta, huwa beda jsejħilha “Nanna President”.
Matul din l-intervista, il-President Spiteri Debono semmiet l-importanza tad-dixxiplina; fattur kruċjali għal dan l-irwol il-ġdid tagħha.
“Ms Micallef u n-nanna daħħlu fija li jekk ħa nagħmel xi ħaġa se nagħmilha sew,” qalet il-President. “Ħa nagħtiha l-attenzjoni, ħa nagħmel l-almu tiegħi.”
Il-President semmiet kemm huwa għal qalbha l-irwol tan-nisa fis-soċjetà fejn fakkret kif fid-disgħinijiet kienet saħansitra ħadmet mal-Partit Nazzjonalista u ma’ Dolores Cristina – meta kienet President tal-Moviment Nisa tal-PN, u anke mal-Kunsill tan-Nisa sabiex fl-1993 mexxew l-emendi biex l-irġiel ma jibqgħux huma biss il-kapijiet tal-familja.
Fl-intervista, hi aċċertat li se tkun qed taħdem mat-tfal u ż-żgħażagħ li huma l-futur ta’ pajjiżna.
“Inkun eqreb lejn it-tfal, inkun eqreb lejn iż-żgħażagħ, għax huma l-ġenerazzjoni,” qalet il-President. “Ma jistax pajjiżna jibqa’ jimxi ‘l quddiem jekk dawn m,a ndaħħluhomx, jitneressawhomx nimpenjawhom fit-tmexxija tal-pajjiż.”
U fl-aħħar mill-aħħar taspira għal pajjiż aħjar milli sibnih, fejn ikun hawn aktar għaqda.
“Mank joħorġu iktar sinjali ta’ għaqda biex wara dawn il-ħames snin inkunu qbadna toroq ħalli meta jien ma nkunx għadni hawn, tal-età tiegħi ma jkunux għadhom hawn, f’pajjiżna l-affarijiet isiru naqra aħjar fejn jidħlu r-relazzjonijiet u naslu għad-deċiżjonijiet,” qalet il-President.
Il-Presidenza ta’ Myriam Spiteri Debono testendi sal-2029.
//= $special ?>