Lokali

Raġel jitlef ħajtu wara inċident fis-Swieqi

Raġel ta’ 56 sena tilef ħajtu wara li ħabat fis-Swieqi.

Għall-ħabta tat-3 ta’ dalgħodu, l-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq is-Swieqi.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li vettura Toyota Vitz misjuqa mir-raġel residenti Ħaż-Żebbuġ ħabtet f’xi residenzi f’din l-istess triq.

Ftit ħin wara l-inċident, fuq il-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku. Ambulanza ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei iżda sfortunatament ftit tal-ħin wara huwa kien iċċertifikat mejjet.

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia li fetaħ inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.