Mara ingħatat sentenza ta’ ħabs sospiża wara li ffalsifikat il-badge blu ta’ ommha sabiex tkun tista’ tibbenefika minn mill-parkeġġi riservati għal dawk bi problemi ta’ mobilità. Annelise Calleja ta’ 50 sena minn Birkirkara quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima.
Hi ġiet akkużata b’falsifikazzjoni u li xjentement għamlet użu mid-dokument falsifikat. Il-blue badge hija dokument legali maħruġ lis-sewwieqa b’restrizzjonijiet severi u permanenti ta’ mobilità li jippermettilhom jipparkjaw f’postijiet riżervati speċifiċi.
Huwa mifhum li l-mara għamlet kopja tal-badge blu ta’ ommha. Hi nqabdet wara li użatha biex tipparkja fl-ispazji tal-parkeġġ riservati għal persuni b’diżabilità fl-Isptar Mater Dei f’Settembru tal-2022.