Lokali

Studenti mill-‘Echo. String Ensemble’ b’kunċert mużikali fil-Knisja tas-Savina fir-Rabat Għawdex

F’għeluq id-19-il sena mill-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu II, li miet fit-2 ta’ April 2005, il-Fondazzjoni Kulturali JP2, fit-2 ta’ April, organizzat kunċert mużikali tal-Għid fil-Knisja tal-Adorazzjoni Perpetwa ta’ Savina Victoria li matulu studenti mill-‘Echo. String Ensemble’ taħt id-direzzjoni tal-koppja Emese Toth u David Lang daqqew diversi biċċiet fuq l-istrumenti mużikali tagħhom quddiem numru sabiħ ta’ udjenza.

Il-mużika waqt il-kunċert kienet ta’ kompożituri famużi fosthom Antonio Vivaldi, P.I. Tchaikovsky, A. Komarowski, G.F. Handel, J.F. Mazas, F. Seitz, J. Clarke, L. Mason, G. Cassado u oħrajn.

Lejn tmiem il-kunċert li ħa madwar siegħa u nofs, l-Ensemble kollu daqq ‘Nearer my God to thee’ kif ukoll ‘Triple Concerto in D minor 3rd Movement’ ta’ Vivaldi, u s-Serata magħluqa b’‘Alleluiah’ ta’ George. Frederic Handel