Wirja impressjonanti minn Tenishia Thornton fit-Tazza tad-Dinja tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-weightlifting f’Phuket fit-Tajlandja. Fil-kompetizzjoni valida wkoll għall-postijiet fl-Olimpijadi ta’ Pariġi , fil-kategorija 64 kg, Thornton temmet fil-ħames post fost 12 il-finalista. Thornton kellha refgħa record ta’ 111 kilo fil-clean & jerk u 90 kilo fis-snatch għal total ta’ 201. Hija temmet fil-ħames post li huwa bla dubju l-aqwa riżultat miksub f’kompetizzjoni ta’ kwalifika.
Fl-ewwel ħames postijiet fil-klassifika finali :
Rim Un Sim (PRK) — 258 (114/144) Ri Suk (PRK) — 248 (108/140) Svitlana Samuliak (UKR) — 221 (101/120) Hanna Davydova (UKR) — 211 (94/117) Tenishia Thornton (MLT) — 201 (90/111)
//= $special ?>